It-tim nazzjonali Malti tal-basketball tal-irġiel ħarġu rebbieħa taċ-Championships tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej dan wara li huma kisbu rebħa ta’ 75-59 fil-logħba finali kontra t-tim nazzjonali Norveġiż.
Għat-tim Malti spikka n-Naxxari Samuel Deguara li kien l-awtur ta’ 24 punt fejn segwa warah iż-żagħżugħ Tevin Falzon li għamel 16-il punt.
Dawn il-logħob li waslu għall-midalja tad-deheb għat-tim nazzjonali Malti intlagħbu f’San Marino.
Sadanittant fil-Irlanda, it-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa ikklassifikaw fit-tielet post u ser iġibu lura magħhom il-midalja tal-bronz.
Ritratt tat-tim tal-irġiel: Gordon Barbara