Apparti btala sabiħa f’nofs is-sajf, din il-ġimgħa mmarkat ukoll il-bidu tal-perjodu tal-ħsad tal-għeneb.
Taħt id-dell tal-belt is-siekta tal-Imdina ONE News żar l-għelieqi tad-dwieli tal-familja Cortis li tul dawn l-aħħar 30 sena pperfezzjonaw ix-xogħol tat-tkabbir tal-għeneb.
Carmel Cortis, espert li waqgħetlu żokortu fl-għalqa spjegalna li x-xogħol fuq id-dwieli tal-għeneb ma jieqafx u sostna li din il-ħidma hija waħda intensiva u delikata.
Hu qalilna “Nibdew minn Jannnar iż-żabra, jiġifieri niżbru d-dwieli intuhom il-forma; għandek bejn Jannar u Maruzu, minn Marzu jibdew jarmu u minn xogħol bla waqfien sakemm jikber l-għeneb u llum wasalna biex naqtgħu produzzjoni ta’ sena sħiħa li huwa s-Chardonnay”.
Cortis kompla jispjega li l-fatt li l-għeneb jinqata’ darba fis-sena hija sfida fiha nnifisha. Fisser kemm il-preżenza tal-bidwi hija importanti f’dan il-proċess tant delikat.
L-isfidi, ifhimni aħna hija fida kbira għax m’għandna produzzjoni waħda. Jekk aġna jiirdilna nitilfu kollox, ikun sena ta’ ħidma. Aħna trid timonitorja kollox, kull ġimgħa, trid tiġi inti meta tabib iċemplu li jiġi hu d-dar mhux itik il-mediċina minn fuq it-teleħhone. Inti Trid tkun fl-għalqa biex tara li miexi kollox sewwa.”
Sostna li dan iż-żmien huwa importanti ħafna għall-għenba u fisser kemm huwa importanti li ġaladarba tkun kibret l-għenba trid tinqata’ minnufih.
“Nimmonitorjaw iz-zokkor fl-għeneb u malli jasal il-peak tiegħu irid jinqata’, jiġifieri anki l-wineries jiġu wkoll u awtomatikament irid jinqata’ fi żmien qasir u nibqgħu sejrin bil-winery”.
Carmel kompla jgħid li aktar ma jgerbu s-snin, is-sengħa tat-tkabbir tal-għeneb qed tkompli tevolvi u prattiċi ġodda li qed juża wasslu għal dwieli aktar b’saħħithom.”Esperimentajna wkoll fuq il-Girtgentina u l-Ġellewża li huma l-għeneb indiġeni Malti, fejn qabel kienu jagħmluhom bush like. Aħna esperimentajna biex nagħmluhom fuq il-pilastru u kellna suċċss enormi anki rigward mard u produzzzjoni”, temm jgħid Cortis.
Fuq kollox l-involviment tal-familja huwa l-qalb ta’ din il-ħidma li ma tieqaf qatt. Filfatt kif jixhdu l-filmati numru kbir ta’ familjari dehru tul l-għalqa kollha jaqtgħu l-għeneb taħt ix-xemx tiżreġ t’Awwissu.
Dan kollu sabiex fl-aħħar tal-ġurnata, kulħadd ikun jista’ jgawdi dik it-tazza inbid tajba l-każin jew fil-kumdita ta’ daru.