Il-kumpanija Microsoft issiebħet ma’ kumpanija bbażata f’California bl-isem ta’ Kind Financial u se tgħin negozji u aġenziji tal-Gvern jżommu amment tal-bejgħ tal-marijuana.
Dan huwa l-ewwel partnership tat-tip tiegħu għal Microsoft. Il-kumpanija Kind ilha tliet snin tipprovdi tracking software fis-suq tal-marijuana legali. Is-software jismu Agrisoft Seed to Sale u għandu l-għan li jarmonizza r-relazzjoni bejn negozji, aġenziji regolatorji u istituzzjonijet finanzjarji. Fi stqarrija Microsoft qalet li qed timmira li tagħmel differenza fejn jidħlu programmi regolatorji.