Microsoft qed tara tkabbir b’rata mgħaġġla f’Malta u esprimiet l-intenzjoni tagħha li tkompli tinvesti fl-ekonomija Maltija.
Dan intqal minnTheodosis Michalopoulos, General Manager ta’ Microsoft fil-Greċja, Ċipru u Malta.
Waqt laqgħa fl-uffiċċji ta’ Microsoft Malta li għaliha attendew aktar minn 60 sieħeb ta’ Microsoft, is-Sur Michalopoulos spjega kif sa sentejn ilu, ħafna kumpaniji kienu qed iħarsu lejn it-trasformazzjoni diġitali iżda bil-Covid, l-impenn inbidel għal aċċellerazzjoni diġitali fejn il-kumpaniji bdew iħarsu lejn id-data biex jaċċelleraw il-proċessi tagħhom.
Din il-laqgħa kienet tinkludi diversi diskussjonijiet bis-sehem ta’ diversi msieħba fis-settur.
Marthese Portelli, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta tal-Kummerċ, stqarret kif l-għajnuna li l-Kamra tista’ twassal lin-negozji Maltin u ta’ Microsoft sabiex jieħdu vantaġġ mill-Fond ta’ Reżiljenza tal-Unjoni Ewropea.
Gege Gatt, CEO tal-kumpanija tat-teknoloġija tal-AI EBO spjega kif aktar kumpaniji qed iħarsu lejn id-data biex jaċċelleraw il-proċessi interni tagħhom.
Vincenzo Esposito, uffiċjal għoli fi ħdan Microsoft stqarr kif l-għan tal-kumpanija huwa li n-negozji Maltin jsibu pjattaforma fiha fejn flimkien jkunu kapaċi jiksbu aktar suċċessi.