Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Miriam Hayman ċaħdet talba li għamlu l-avukati ta’ Yorgen Fenech, biex jiġu żvelati ismijiet tal-Uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti Maltin li għaddew informazzjoni li wasslet għall-arrest ta’ Fenech fl-2019.
L-avukati ta’ Fenech argumentaw li din l-operazzjoni kienet illegali madankollu l-Imħallef qalet li Fenech ġie arrestat meta kien qed jipprova jaħrab mill-pajjiż, u għalhekk huwa irrelevanti jekk jiġux żvelati dawn l-ismijiet jew le.
Il-Qorti ċaħdet ukoll talba li saret mill-Avukat tal-Istat, l-Avukat Ġenerali u l-Parte Civile, sabiex il-każ ta’ ħasil ta’ flus jitressaq bħala evidenza fil-kumpilazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-Avukat Charles Mercieca, li qed jidher għal Fenech, oġġezzjona bil-qawwi għal din it-talba.
Huwa argumenta li dan huma żewġ każijiet separati.