Il-European Broadcasting Union, l-EBU ċaħad it-talba tal-President Ukren Volodymr Zelensky sabiex jindirizza l-finali tal-Eurovision Song Contest, li se jsir għada f’Liverpool.
Fi stqarrija mill-EBU saħqet fuq l-importanza li dan l-avveniment segwiet minn miljuni ma jkunx avveniment politiku.
Intqal li dan il-prinċipju mħaddan mill-EBU ma jagħmiliex possibli biex il-President Ukren jindirizza dan l-avveniment prestiġjuż.
Il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena qed isir fir-Renju Unit. Dan minkejja li l-edizzjoni tas-sena li għaddiet intrebħet mill-Ukrajna u l-edizzjoni ta’ din is-sena ma setatx isir minħabba raġunijiet ta’ sigurta.