Is-sidien ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni li kienet instabet ħatja li kkaġunat il-mewt ta’ żagħżugħ Franċiż, tneħħiet mir-Reġistru tal-Kumpaniji fuq kwistjoni separata, bil-Qorti ma taċċettax it-talba tal-istess kumpanija biex din terġa’ tiġi reġistrata.
Iż-żagħżugħ ta’ dsatax-il sena, tilef ħajtu fl-elfejn u ħdax wara li ġnien fil-ħajt ta’ propjetà fis-Swieqi li kien qed jikri ma’ sħabu waqa’ fuqu.
Il-ħajt kien mibni mill-kumpanija Buz-Doz Development Ltd.
Matul is-sena li għaddiet, l-istess kumpanija, ressqet rikors fil-Qorti biex terġa’ tiddaħħal fir-Reġistru tal-Kumpaniji, wara li din tneħħiet minħabba li fl-aħħar seba’ snin ma ppreżentatx dokumenti tat-taxxa fost oħrajn.