Il-Maġistrat Ian Farrugia ċaħad talba ta’ Jason Azzopardi biex jixħet f’inkjesta fosthom lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u martu fuq allegazzjoni li għamel Jason Azzopardi dwar tixħim fil-ħruġ ta’ irmiġġi fil-port tal-Imġarr Għawdex.
Dawn l-allegazzjonijiet li Jason Azzopardi jgħid dejjem li qalulu bihom, kienu ġew miċħuda kategorikament mill-Ministru Camilleri u f’digriet li ta, il-Maġistrat qal li ma jistax jilqa’ t-talba għal inkjesta.
Il-Maġistrat spjega kif ma għandux ġurisdizzjoni fuq dak li Jason Azzopardi qed jallega li sar f’Għawdex peress li talab b’mod speċifiku l-ftuħ ta’ inkjesta quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Malta.
Din it-talba biex jixħet lil Ministru Camilleri u martu kien għamilha f’Diċembru, kif bdew il-festi tal-Milied.
Talba oħra ta’ Jason Azzopardi biex jixħet lil Ministru Camilleri f’inkjesta u li ġiet miċħuda, din id-darba mill-Maġistrat Antoine Agius Bonnici, tittratta fuq il-proġett tal-pixxina f’Għawdex.
Hawn ukoll il-Maġistrat ċaħad it-talba.
Il-ġimgħa l-oħra, il-Qorti ċaħdet talba oħra ta’ Jason Azzopardi biex jixħet f’inkjesta lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Artijiet Robert Vella.
F’dik id-deċiżjoni tal-Qorti ntqal li ma hemmx provi li tressqu minn Azzopardi li jossidisfaw l-kriterji li titfa’ lil Vella f’inkjesta.
Fuq facebook imbagħad Jason Azzopardi mar jitkellem fuq is-sistema preżenti ta’ inkjesta u saħaq li ma kellux garanzija li kull talba għall-inkjesta kienet se tiġi milqugħa.
Qal li l-grad tal-provi huwa għoli, fi kliem ieħor sostna li fil-każ tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Artijiet ma kellux provi iżda xorta mar il-Qorti u ried jitfgħu f’inkjesta.
Ammissjoni oħra minn Jason Azzopardi li juri li ma kellux provi imma ried jitfa’ n-nies f’inkjesta.
Dan wara li fl-aħħar jiem irtira allegazzjonijiet fil-konfront tas-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol u ammetta li hu giddieb.
Jason Azzopardi wkoll tilef libell meta allega li d-Deputat Laburista Carmelo Abela kien involut f’hold-up fejn fil-Qorti ħareġ li Azzopardi mmalafama lil Abela bħal ma kien għamel ukoll fil-konfront ta’ Owen Bonnici.
Fil-konfront tal-Ministru Bonnici, Jason Azzopardi kellu jirtira diskors li qal fuqu li hu kriminal u giddieb.
Aqra aktar: