Kienet miċħuda t-talba għall-ħelsien mill-arrest lit-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Din ma kinitx l-ewwel talba għall-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Alfred u George Degiorgio u ta’ Vince Muscat kienet miċħuda.
Il-Pulizija kienet arrestat lit-tliet irġiel f’Diċembru b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia b’karozza bomba nhar is-16 t’Ottubru.
Il-Qorti qalet li ma hemm ebda raġuni biex l-akkużati jingħataw il-ħelsien mill-arrest meta wieħed iqis il-każ tagħhom sew.