Il-Qorti ma laqgħetx it-talba ta’ Yorgen Fenech, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, biex Melvin Theuma jiġi investigat mill-Pulizija fuq xhieda falza.
Fenech kien ippreżenta rikors fil-Qorti, li kien maġsub biex iwassal biex il-Pulizija tinvestiga lil Theuma, li kien il-middleman fil-każ ta’ omiċidju.
L-avukati ta’ Yorgen Fenech kienu qed jitolbu lil l-Pulizija biex tinvestiga x-xhieda li ta Melvin Theuma fil-Qorti, għax qed jgħidu li Theuma xehed fil-falz.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, qalet li f’dan l-istadju prima facie m’hemm l-ebda evidenza biex il-Kummissarju tal-Pulizija jordna tali investigazzjoni.