Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-Kapitlu Metropolitan tal-Imdina li ressaq talba biex ikollu siġġijiet, imwejjed u xi umbrelel barra l-mużew tal-Katidral minħabba kafettirja.
Fid-deċiżjoni l-Qorti stqarret li trid tipproteġi ġojjel prinċipali f’pajjiżna.
Filwaqt li s-sena l-oħra kien ingħata permess biex il-kafetterija topera b’mod sħiħ fuq ġewwa, it-talba biex l-affarijiet jestendu għal barra ma sabitx l-appoġġ lanqas tal-Awtorità għall-Artijiet.
Kien il-kuratur tal-Mużew, il-Monsinjur Edgar Vella li wara li tilef il-każ quddiem it-tribunal tal-Awtorità huwa mar bil-każ quddiem il-Qorti Ċivili.
Il-Qorti mxiet mal-argument tat-tribunal li kien semma kif is-siġġijiet, l-imwejjed u l-umbrelel taffettwa l-ispazju miftuħ li hemm quddiem il-faċċata barokka tal-mużew tal-Katidral tal-Imdina.