L-Imħallef Giovanni Grixti fil-Qorti Kriminali ċaħad talba tal-ħelsien mill-arrest ta’ Adrian Agius magħruf aħjar bħala tal-Maksar.
Agius talab għall-ħelsien mill-arrest aktar kmieni dan ix-xahar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Adrian Agius qed ikun akkużat ukoll bil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop fl-2015.
Fis-sentenza tiegħu l-Imħallef Grixti spjega li Agius ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li qies il-gravità tal-akkużi li qed jaffaċċja.