Il-Qorti Kriminali ċaħdet għal darb’oħra talba għal-libertà proviżorja li għamel Yorgen Fenech, li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Id-deċiżjoni, li ngħatat mill-Imħallef Edwina Grima, ittieħdet fuq il-bażi tal-fatt li dan il-każ ma jistax jiġi ttrattat bħal każijiet oħra. L-imħallef osservat li ma kien hemm l-ebda bidliet b’rabta mal-każ li jiġġustifikaw bidla f’din id-deċiżjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti Kriminali qalet li dan il-każ mhux wieħed li għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal każijiet oħra ta’ allegat qtil minħabba, fost l-oħrajn, il-kumplessità tiegħu.