Il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet it-talba tal-eks Chairman tal-Enemalta Tancred Tabone biex jitwaqqfu l-proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu minkejja li d-drittijiet tiegħu inkisru f’indirizz li kien sar fil-Parlament.
Tabone jinsab akkużat b’korruzzjoni u tixħim fil-każ tax-xiri taż-żejt li jmur lura għal żmien Gvern Nazzjonalista.
Dan il-każ kien ra d-dawl lejliet il-kampanja elettorali tal-2013 u dwar dan il-każ, il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi kien ta l-proklama lil George Farrugia bil-kundizzjoni li jgħid il-verità.