Il-Qorti rrifjutat it-talba ta’ Jamie Vella sabiex l-Imħallef Edwina Grima tirrikuża ruħha milli tisma l-każ tal-omiċidju tal-avukat Carmel Chircop.
Vella, flimkien ma’ Adrian u Robert Agius, magħrufin bħala tal-Maksar, u George Degiorgo, qiegħdin il-Qorti b’rabta mal-qtil ta’ Carmel Chircop u Daphne Caruana Galizia.
L-Imħallef Edwina Grima, li ppresediet il-ġuri fil-konfront tal-aħwa George u Alfred Degiorgo b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, stqarret li ma kien hemm ebda evidenza li hi tista’ tippreġudika l-każ tal-qtil ta’ Carmel Chircop.