Il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Darren Debono li ried li jinħareġ mandat biex il-gvern ma jieħux azzjonijiet kontra tiegħu.
Darren Debono huwa implikat f’każ kbir ta’ kuntrabandu tal-fuel u fil-Qorti mar jipprova jwaqqaf lill-gvern milli jieħu xi passi kontra tiegħu. Dan wara rapporti li setgħu jinħarġu sanzjonijiet kontra Debono mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Il-każ Debono fetħu kontra l-Prim Minisru u Ministru tal-Affarijiet Barranin.
Tul il-proċeduri kontra tiegħu, permezz tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Gvern Malti argumenta li jekk ġietx ippreżentata petizzjoni għall-sanzjonijiet fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda hija xi ħaġa kunfidenzjali.
Kien spjegat ukoll li jekk jiġri hekk il-Kunsill tas-Sigurtà jkollu l-poter li jaċċetta jew le din it-talba u l-Gvern Malti jrid isegwi d-deċiżjoni.
It-Tnejn filgħodu l-Qorti tat is-sentenza tagħha. Fiha kienet ċara ħafna. Il-liġijiet ma jimponu ebda obbligu li qabel jittieħdu xi miżuri jkun hemm xi avviż. Fi kliem ieħor, jekk il-gvern Malti jkun irid jieħu passi kontra Darren Debono m’għandux għalfejn javżah.
U għalkemm jekk issir l-azzjoni jkollha konsegwenzi u tista’ tkun miġġielda, il-qorti żiedet li din bl-ebda mod ma tista’ titwaqqaf qabel biss tkun saret. Għalhekk Deboni tilef il-każ.
Fl-aħħar jiem kien hemm ukoll stqarrija konġunta bejn il-gvern Malti u Amerikan. Dan wara li Debono ta’ x’jinftiehem li seta’ kien hemm nuqqas ta’ fiduċja bejn iż-żewġ naħat. Biż-żewġ gvernijiet jinnotaw ir-relazzjonijiet mill-iktar b’saħħithom li hemm bħalissa. Fuq kollox il-Gvern Malti dejjem kien ċar u ddikjara:
“Malta mhix se toqgħod lura milli tinforza l-liġijiet tagħha fl-interess tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun Mediterranju u f’postijiet oħra,” qal ċar u tond il-gvern Malti