Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Toni Abela ċaħdet it-talbiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, fejn riedu li kemm il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll Chris Fearne, fost oħrajn, jiġu mfittxijin personalment għad-danni b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet.
Fost l-oħrajn fis-sentenza tiegħu l-Imħallef Abela kkwota lill-Imħallef Emeritu Anthony Borg Barthet li jgħid kif it-talbiet tal-Oppożizzjoni biex l-Avukat tal-Istat jintervjeni, jiksru d-demokrazija.
Ta’ min ifakkar li ll-Partit Nazzjonalista żamm din il-kawża anke jekk ġie żvelat li l-kumpanija Steward Healthcare allegatament kienet qed tagħmel kampanja ta’ tfigħ ta’ tajn u allegazzjonijiet foloz fil-konfront ta’ Chris Fearne.
Fuq il-kawża li tinstiga proċeduri personali fosthom kontra Fearne, kemm il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard iddefendew l-interess nazzjonali kontra wkoll aġir ta’ Oppożizzjoni li trid tfixkel proċeduri li għaddejjin fl-Arbitraġġ Internazzjonali, fejn il-Gvern qed ifittex lil Steward u jitlob kull ċenteżmu dovut lill-poplu Malti ta servizz li ma ħax skont il-ftehim tal-isptarijiet.