Fi stqarrija mill-Gvern ta’ Malta ntqal li l-Kabinett tal-Ministri ddeċieda li jagħti parir lill-President tar-Repubblika biex ma jilqax it-talba għall-proklama li għamlu s-Sur Alfred Degiorgio u s-Sur George Degiorgio fl-erba’ ta’ April ta’ din is-sena.
L-aħwa Degiorgio jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia f’Ottubru tal-2017.
F’din l-istqarrija ntqal kif id-deċiżjoni ttieħdet skont konformita mal-parir tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Intqla kif id-deċiżjoni tal-Kabinett mhux biss hija bbażata fuq il-parir tal-istituzzjonijiet relevanti, iżda hija meħuda wkoll fl-interess nazzjonali u fl-interess tar-retta amministrazzjoni tal-ġustizzja.