Fi stqarrija l-Gvern qal li l-President ta’ Malta ma approvax it-talba għall-maħfra Presidenzjali lil Vince Muscat.
Vince Muscat magħruf bħala l-‘Koħħu’ jinsab mixli bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hu u żewġ persuni oħra huma l-allegata eżekuturi tal-omiċidju.
Fi stqarrija ntqal li fuq rakkomandazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri li mexa mal-parir tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija, ġie deċiż li ma japprovax l-għoti tal-proklama kif mitluba minn Vince Muscat.