Il-Qorti għal darba oħra ċaħdet it-talba ta’ Lilu King biex jingħata l-ħelsien mill-arrest.
Dan hekk kif il-Prosekuzzjoni għad trid tressaq aktar xhieda filwaqt li trid tissolva l-kwistjoni dwar akkużi addizzjonali li trid tressaq minkejja li l-każ ilu li beda seba’ xhur.
Il-Libjan jinsab akkużat b’involviment dwar kriminalità organizzata, fosthom ħasil ta’ flus u traffikar tad-droga.
Elmushraty kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-Avukati tal-akkużat talbu għall-ħelsien mill-arrest għal numru ta’ drabi hekk kif sostnew li minkejja li l-klijent tagħhom qed ikun akkużat b’involviment fi traffikar ta’ droga, il-Pulizija m’għandiex evidenza biżżejjed kontrih. Fil-fatt, il-Prosekuturi kienu kkonfermaw li ma sabux droga fil-pussess tal-imputat meta ġie arrestat waqt rejd f’San Ġiljan.