Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ċaħdet għal darb’oħra t-talba għall-ħelsien mill-arest ta’ Adrian Agius tal-Maksar, li fost l-oħrajn huwa akkużat bil-qtil tal-Avukat Carmel Chircop.
Din hija t-tieni darba li wieħed mill-aħwa tal-Maksar talab għall-ħelsien mill-arrest minn mindu ġie arrestat fi Frar li għadda.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Maġistrat rat kif Agius huwa akkużat b’reati serji ta’ qtil volontarju u għalhekk il-ħelsien tiegħu jista’ jqanqal biża’ fis-soċjetà.