Ġiet miċħuda mill-ġdid it-talba għall-ħelsien mill-arrest li għamel l-allegat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima spjegat li ma kien hemm l-ebda bidla fiċ-ċirkostanzi li waslu biex il-Qorti tieħu deċiżjoni simili fi Frar li għadda.
L-Imħallef Edwina Grima fakkret li dwar dan il-każ qed jiġu akkużati diversi persuni.
Filwaqt li rrikonoxxiet li persuna tibqa’ meqjusa innoċenti sakemm tinstab ħatja, il-Qorti Kriminali qalet li xorta kellha tiżen it-talba ta’ Fenech kontra l-interessi tas-soċjetà, u ddeċidiet li Fenech m’għandux jingħata l-libertà proviżorja f’dan l-istadju.