Il-Qorti Suprema fir-Renju Unit iddeċidiet illi ż-żagħżugħa, Shamima Begum, li kienet telqet mir-Renju Unit biex tissieħeb mal-grupp tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja mhix se titħalla tirritorna u tiġġieled il-każ ta’ ċittadinanza tagħha.
Begum, li llum għandha 21 sena, qalet li tixtieq tirritorna biex tikkontesta d-deċiżjoni tal-Ministru għall-Intern Ingliż li ħadet iċ-ċittadinanza Ingliża tagħha. Iż-żagħżugħa kellha 15-il sena meta flimkien ma’ żewġt tfajliet oħra vvjaġġaw lejn is-Sirja biex jissieħbu mal-Istat Iżlamiku.