Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Neville Camilleri ċaħdet mill-ġdid il-ħelsien mill-arrest ta’ Roderick Cassar.
Dan tal-aħħar jinsab mixli li qatel lill-martu Bernice, fit-22 ta’ Novembru li għadda, fiż-Żona Industrijali ta’ Kordin.
Cassar ressaq rikors fil-Qorti, fejn fih talab li jingħata l-ħelsien mill-arrest.
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali oġġezzjoni din it-talba, hekk kif huwa jinsab mixli b’reat serju ħafna, waqt li ġie sostnut li l-akkużat mhux persuna li tista’ toqgħod fuqu.