It-tennista Ċeka Renata Voracova qed tinżamm f’ċentru ta’ detenzjoni tal-immigranti wara li ġiet miċħuda l-viża għax mhux imlaqqma kontra l-Covid-19.
Dan wara li l-awtoritajiet Awstraljani mhux qed iħallu tennisti jidħlu l-pajjiż mingħajr ma jkunu imlaqqma.
Novak Djokovic, li huwa wieħed mill-aqwa plejers tat-tennis, ukoll inżamm fl-ajruport ta’ Melbourne mal-wasla tiegħu fl-Awstralja.
Kemm Djokovic u Voracova kienu ngħataw eżenzjoni medika minn żewġ gruppi mediċi indipendenti.
Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Ċek saħaq li wara l-aħħar żviluppi, it-tennista Renata Voracova iddeċidiet li titlaq mill-Awstralja.