B’vot unanimu l-bord tal-awtorita’ tal-ippjanar ma laqax applikazzjoni għall-zvilupp ta’ shooting range f’art ODZ fiz-zona ta’ Ħax-Xluq’ fil-limiti tas-Siġġiewi.
L-izvilupp kien propost biex ikun hemm bidla fis-sit biex il-binja tkun użata bħala ‘clubhouse’.
Izda l-awtorita’ tal-ippjanar ċaħdet l-applikazzjoni għaliex il-pjan propost imur kontra numru ta’ policies u regolamenti.
Il-post fejn kienet proposta li tinbena x-shooting range fl-inħawi ta’ Ħax-Xluq għandu valur agrikolu għoli u hija art verġni.
Ġie kkunsidrat ukoll li fiz-zona, ħamsin metru biss il’ bogħod mill-izvilupp propost, hemm hemm kappella medjevali .
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi kif ukoll il-Kunsill Malti għall-Isport kienu oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp tax-shooting range proposta ma sirx f’Ħax-Xluq.