L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat l-applikazzjoni biex art fil-periferija tal-Mosta tkun żviluppata b’mod intensiv.
Id-deċiżjoni ttieħdet il-bieraħ filgħaxija mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-applikazzjoni PC 039/09 biex ikun determinat x’tip ta’ żvilupp hu permissibbli fuq art tal-qies ta’ 38,600 metru kwadru ħdejn it-Torri Cumbo l-Mosta.
B’reazzjoni, Carmel Caccopardo mill-Alternattiva Demokratika saħaq dwar il-ħtieġa li jsiru studji, għaliex l-aħħar ċensiment sar fl-2011. Dan kien żvela li minn 8,359 residenza fil-Mosta, 16.2% kienu vakanti u 3.2% oħra kienu użati okkazjonalment.