Il-Kumpanija Wasteserv fi stqarrija ċaħdet l-allegazzjoni li għamlet il-ġurnalista tal-midja Nazzjonalista waqt il-konferenza tal-Professur Charmaine Gauci dwar il-COVID-19, li l-ħaddiema ta’ din il-kumpanija f’Tal-Kus Għawdex mhux qed ikunu provduti b’ilbies u apparat protettiv.
Il-Wasteserve qalet li l-kumpanija provdiet lil kull ħaddiem b’maskli tal-wiċċ (FFP3), ingwanti u nuċċalijiet protettivi, kif ukoll ilbies protettiv (Hi-visibility).