Il-Qorti ċaħdet l-appell ta’ Stephen Cassar ta’ 35 sena minn Ħal Qormi, li kien instab ħati b’serq aggravat u li hu reċidiv. Dan wara li nstab ħati u ingħata sentenza ta’ sentejn priġunerija wara li seraq numru ta’ handbags ta’ nisa anzjani flimkien ma’ ħuh.
Il-Qorti fi stadju ta’ appell rat li r-raġel mhux ser ikun kapaċi jiġġieled il-vizzju tad-droga waħdu f’ambjent mhux kontenut. Hija rat li għalhekk ikun fl-interess pubbliku li r-raġel jiskonta s-sentenza tiegħu hekk kif jekk jinħeles huwa kien ser ikun ta’ periklu għas-soċjetà. Il-Qorti rat kif ir-rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga fil-ħabs tista’ tkun l-aħħar tama għall-akkużat.