Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ċaħad ilment ieħor ta’ Arnold Cassola li kien fetaħ kontra l-Prim Ministru Robert Abela dwar użu ta’ passaport diplomatiku mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Cassola akkuża lill-Prim Ministru li ppermetta li Dr Muscat juża passaport diplomatiku minkejja li ma għadux uffiċjal jew rappreżentant tal-Gvern iżda l-Kummissarju għall-Istandards innota li eks Prim Ministri jibqgħu intitolati għal passaport pubbliku kif fil-fatt għandu anki l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Il-Kummissarju għall-Istandards innota wkoll diplomatic passport policy f’pajjiżi oħra fejn eks Prim Ministri huma intitolati għal passaport diplomatiku.
Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Joseph Azzopardi għalhekk ma sabx bażi biex ikompli jinvestiga l-ilment ta’ Cassola.