Lura fl-2009, Michelle Obama ma kinitx imxiet mal-protocol u għannqet lir-Reġina, b’bosta mill-gazzetti u siti onlajn jirraportaw kif il-First Lady kissret kull tip ta’ protocol meta għamlet dan.
Iżda kważi għaxar snin wara, Michelle żvelat fil-ktieb ġdid tagħha ‘Becoming’ kif u għalfejn għamlet hekk.
Hi spjegat li waqt il-G20 Summit, hi u r-Reġina kienu qed jitkellmu dwar kif iż-żarbun kien skomdu fejn spjegat kif ir-Reġina qaltilha kif dawn it-tip ta’ żraben idejquha u kif għandha uġigħ f’saqajha. Dan wara li Michelle qaltilha kif iż-żarbun tagħha ħolqilha pjaga f’saqajha. Michelle kitbet kif f’dak il-mument ir-Reġina u hi bdew iħarsu lejn xulxin bir-Reġina nfaqgħet tidħaq. Kien proprju f’dak il-mument li Michelle spjegat li kif tagħmel dejjem meta tħossha komda ma’ persuna esprimiet ruħha bl-aħjar mod li tista’ – u dik kienet li tpoġġi id ta’ appoġġ fuq spallet ir-Reġina.
Michelle Obama kitbet fil-ktieb tagħha dwar mumenti differenti minn ħajjitha fosthom dwar il-karriera tagħha bħala avukat, iż-żwieġ tagħha ma’ Barack u ż-żmien li qattgħet fil-White House.