Għas-seba’ sena konsekuttiva l-President tal-Alleanza kontra l-mard rari, Michelle Muscat intgħażlet sabiex l-Eurordis Black Pearl fi Brussell ikun taħt il-patroċinju tagħha. Dan bħala rikonoxximent għall-ħidma tagħha fil-qasam tal-mard rari.
Malta issa hija membru sħiħ tal-Organizzazzjoni Ewropea għall-mard rari.
Is-Sinjura Muscat kompliet il-ħidma filantropika tagħha permezz tal-fondazzjoni Marigold. Hija kienet pijuniera f’Malta fejn żiedet il-kunxjenza għall-mard rari bil-għan li jkun hawn aktar riżorsi f’dan il-qasam u tgħaqqad flimkien persuni li jbatu mill-mard rari. Eventwalment hija ħolqot l-Alleanza Nazzjonali għall-mard rari f’Malta.
L-Alleanza qed tistieden lil min jixtieq jattendi għal seminar fuq il-mard rari fil-palazz tal-President nhar l-Erbgħa 26 ta’ Frar fis-7:30 ta’ filgħaxija u għal Soiree li se jsir nhar is-Sibt 29 ta’ Frar fil-Casino Maltese.