Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, temmet l-isfida ta’ 10km għawma b’suċċess.
Hi ntlaqat mir-raġel tagħha, Joseph Muscat flimkien maż-żewġt itfal fil-Port ta’ Marsamxett.
Din l-għawma annwali bl-isem ta’ North to Port ngħatat bidu għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu mit-Torri tal-Għallis fejn intemmet fil-Port ta’ Marsamxett ftit inqas minn sitt sigħat wara.
Hi ġiet milqugħa wkoll min-nies max-xatt, fosthom atleti tal-Ispecial Olympics Malta.