Għar-raba sena konsekuttiva, ic-cerpersin tal-Fondazzjoni Marigold u mart il-Prim Ministru Michelle Muscat se terġa tkun waħda mill-patruni tal-Eurordis, aġenzija Ewropeja li titratta l-mard rari.
Aħbar li ġiet ikkonfermata waqt konferenza li saret fi Brussell fejn kienet qed tiġi diskussa il-kawża tal-mard rari fl-Ewropa u madwar id-dinja.
Fid-diskors tagħha, Michelle Muscat elenkat ix-xogħol kbir li qed issir f’pajjiżna biex din il-kawża tkun priorita meta jiltaqgħu l-Ministri tas-saħħa f’Marzu li gej.
Hija saħqet ukoll kif pajjiżna fiċ-ċokon tiegħu kien strumentali biex għal ewwel darba din il-kawża tingħata daqshekk importanza partikolarment meta Malta għandha f’idejha il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja.