Michelle Muscat, Mart il-Prim Ministru, żaret Dubai, bħala mistiedena tal-Prinċipessa Haya bint Al Hussein, Mart il-Viċi President u l-Prim Ministru tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheikh Mohammed bin Rashid Al Maktoum.
Il-Prinċipessa Haya u s-Sinjura Muscat skambjaw ideat dwar il-mod li bih Dubai u Malta jistgħu ‘itejbu aktar ir-rabtiet sodi tagħhom u jespanduhom mill-isfera ekonomika għal dik soċjali. Il-Prinċipessa Haya esprima l-apprezzament tagħha għall-kisbiet ta’ żvilupp impressjonanti ta’ Malta, speċjalment fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni.
Tkellem ukoll dwar miri ta’ żvilupp aktar sinifikanti tal-Emirati Għarab Magħquda u dwar il-kisbiet tal-UAE fl-iżvilupp tas-saħħa u l-aspirazzjonijiet ta’ tkabbir tagħha għas-settur.
Michelle Muscat irrimarkat dwar il-kisbiet tal-UAE u d-determinazzjoni li jkunu fost in-nazzjonijiet klassifikati fl-ewwel post f’ħafna oqsma innovattivi. Tkellmet dwar opportunitajiet ġodda ta’ sħubija bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Prinċipessa Haya akkumpanjat lil Michelle Muscat fi żjara madwar Dubai Healthcare City (DHC) u Zayed University.