Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru, iddikjarat li hija gidba l-istorja ta’ Net Television u Daphne Caruana Galizia li għandha kont li fih għandha miljun ewro.
Meta fl-aħħar minuti wieġbet b’mod seren għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti tan-NET li marru jiġru warajha wara attività f’Villa Francia.
Tenniet li kif qal ir-raġel tagħha din hija gidba fuqha u l-familja tagħha u li b’kalma tenniet li se tkompli bil-ħidma b’serenitá sħiħa.