Disgħa minn kull għaxar irġiel Maltin ma jafux kif jagħmlu t-testijiet dwar il-kanċer fit-testikoli.
Dan joħroġ mill-ewwel riżultati preliminari ta’ stħarriġ nazzjonali li qiegħed isir dwar l-kanċer fit-testikoli mid-Direttur għall-kura tal-Kanċer fl-Isptar Sir Anthony Mamo Danica Marmara.
Sabiex titqajjem aktar kuxjenza dwar l-importanza li l-irġiel jagħmlu t-testijiet neċessarji, din is-sena ċ-Chairperson ta’ Marigold Foundation, is-Sinjura Michelle Muscat se tagħmel kampanja nazzjonali fix-xahar ta’ Novembru, bl-isem ta’ Movember flimkien mal-kampanja Pink October fix-xahar ta’ Ottubru.
Fil-fatt, Danica, Direttur tal-Cancer Care Pathways Marmara qalet li mill-istħarriġ irriżulta li kampanja bħal din tista’ tqajjem aktar kuxjenza u tħeġġeġ aktar irġiel jagħmlu t-testijiet.
Hi stqarret “90% ma jafux kif jagħmlu testijiet imma ma jgħidulhomx lanqas it-tobba kif jiċċekkjaw it-testikoli u rġiel Maltin iridu jkollhom kampanja ta’ għarfien”.
Is-Sinjura Michelle Muscat qalet li l-ewwel kampanja Movember se tingħaqad ma’ ‘Movember UK – Europe’. Layal Marten minn Movember UK tkellmet dwar l-importanza dan kampanja bħal din.
Layal Marten mill-għaqda Movember UK stqarret: “Marigold Foundation understand that there was lack of info and a national campaign like this can increase more awarness”.
Is-Sinjura Michelle Muscat qalet lit-tim tal-Fondazzjoni Marigold huma eċċitati biex jibdew b’din il-kampanja Nazzjonali fl-ewwel ta’ Ottubru. Titqajjem aktar kuxjenza dwar l-importanza li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel jegħlbu l-biża’ u jagħmlu t-testijiet neċessarji.
Is-Sinjura Muscat tenniet: “Konna responsabbli minn pink october. In-nisa jibżgħu imma anki l-irgiel jiddejqu. Ħafna drabi kanċer isir gravi iktar ma jdumu ma jkunu jafu. Allura nisa u rgiel jieħdu ħsieb u jagħmlu check ups”.
Is-sinjura Muscat ħeġġet lill-pubbliku biex filwaqt li jagħmel it-testijiet, jipparteċipa fl-attivitajiet ta’ Pink October u Movember.
Fost l-attivitajiet fix-xahar ta’ Ottubru se jiġu organizzati Bike Ride, mixja matul il-lejl, Pink Ball u l-lokalitajiet se jixegħlu l-kulur roża.
Għal Movember se jiġu organizzati 4 by 4 ride minn Malta sa Għawdex u Rock Ball.
Preżenti għat-tnedija tal-kampanja nazzjonali Pink October u Movember kien hemm il-Ministru Michael Falzon u s-segretarju parlamentari Silvio Parnis.