Tilfet il-battalja mal-mewt Michelle Curmi, il-mara ta’ tnejn u tletin sena mill-Imtarfa li kienet passiġġiera fuq mutur li kien involut f’inċident tat-traffiku l-Ħadd sbatax ta’ Mejju f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina meta seħħ impatt bejn il-mutur li kien misjuq minn raġel ta’ erbgħin sena mir-Rabat u karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ disgħa u erbgħin sena minn Ħaż-Żabbar.
Hija kienet ttieħdet l-Isptar Mater Dei flimkien max-xufier tal-mutur għal aktar kura fejn Curmi mill-ewwel ġiet ċċerifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li x-xufier tal-mutur sofra minn ġrieħi ħfief.
B’rabta ma’ dan il-każ kienet infetħet inkjesta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia.