Michela Pace se tkanta fl-ewwel post fil-finali tal-Eurovision f’Tel Aviv is-Sibt li ġej.
Michela se tkun qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta Chameleon wara li lbieraħ filgħaxija hi kkwalifikat ma’ disa’ pajjiżi oħra fit-tieni semi-finali.
Se tkun Malta li tiftaħ is-serata tas-Sibt li ġej fejn żgur mhux forsi Michela se tkun qed tagħti prestazzjoni mill-aqwa flimkien mat-tim tagħha.
Il-pajjiżi li se jkunu qed jikkompetu għada huma; Malta, l-Albanija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, ir-Russja, id-Danimarka, San Marino, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Iżvezja, l-Islovenja, Ċipru, l-Olanda, il-Greċja, l-Iżrael, in-Norveġja, ir-Renju Unit, l-Islanda, l-Estonja, il-Belarus, l-Ażerbaijan, Franza, l-Italja, is-Serbja, l-Iżvizzera, l-Awstralja u Spanja.