Michela Pace li s-Sibt li għadda rebħet l-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta se tkun qed tkanta fit-tieni semi-finali tal-Eurovision f’Tel Aviv fis-16 ta’ Mejju li ġej.
Dan sar magħruf wara polza li saret fil-belt li se tilqa’ dan l-akbar spettaklu televiżiv fid-dinja.
L-isem ta’ Malta tela’ l-aħħar wieħed f’din il-polza u se tkun qed tikkompeti fit-tieni nofs tas-semi-finali.
Ma’ Malta hemm sbatax-il pajjiż ieħor; Svizzera, Svezja, Irlanda, Awstrija, Moldova, Latvja, Rumanija, Danimarka, Armenja, Albanija, Ażerbajġan, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Norveġja, Russja, Olanda, Kroazja u Litwanja.
Michela Pace li propju s-Sibt li għadda rebħet il-finali ta’ X Factor Malta se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision b’kanzunetta li mistennija titħabbar iżjed tard.
Biex tikkwalifika għas-serata final tat-18 ta’ Mejju, il-kantanta mill-gżira tat-tliet għoljiet trid tiġi mal-ewwel għaxar postijiet.
L-aħħar darba li pajjiżna għadda għall-finali tal-Eurovision kien tliet snin ilu permezz ta’ Ira Losco u l-kanzunetta tagħha ‘Walk On Water’.