Il-President tal-UEFA Michel Platini se jirriżenja mill-kariga tiegħu wara li tilef l-appell li kellu b’rabta ma’ irregolaritajiet fil-FIFA.
B’rabta ma’ dawn l-irregolaritajiet li kienu jinkludu pagamenti li ma kellux jieħu li jlaħqu ż-żewġ miljun dollaru Platini kien weħel sitt snin sospensjoni mill-futbol u l-qorti sportiva niżlet dan għal erba’ snin.
Dan huwa l-istess każ li fih hemm involut Sepp Blatter bi tnejn li huma jiċħdu l-akkużi kontra tagħhom. Għal ħafna snin Platini kien meqjus l-eredi ta’ Blatter fil-FIFA iżda minflok se jispiċċa jitlef postu fil-UEFA wkoll.