F’nofs din il-ġimgħa, saret il-laqgħa ġenerali annwali tal-klabb ta’ Birkirkara fejn il-President Michael Valenzia ġie konfermat fl-rwol tiegħu għat-tlett staġuni oħra. Valencia ilu jokkupa din il-kariga mis-sajf ta’ 2021.
Fatt interessanti huwa li l-President se jkollu l-poter li jagħżel l-membri li jixtieq hu fil-kumitat eżekuttiv mingħajr il-bżonn ta’ elezzjoni għal ħatra tal-membri.
Taħt it-tmexxija ta’ Valencia, il-klabb irnexxilu jwettaw diversi bidliet li saħansitra waslu għar-rebħ tal-FA Trophy matul l-istaġun li għadda kif ukoll it-tieni post fil-klassifika tal-Kampjonat Premier.