Il-plejer tal-basketball ta’ fama mondjali Michael Jordan se jkun qed jagħti donazzjoni ta’ 10 miljun dollaru lill-fondazzjoni Make-A-Wish America. Huwa se jkun qed jagħmel dan f’għeluq is-60 sena tiegħu.
Din se tkun l-akbar donazzjoni li qatt ingħatat f’43 sena mit-twaqqif tal-fondazzjoni.
Jordan, li se jiċċelebra jum miliedu għada l-Ġimgħa, jittama li d-donazzjoni tiegħu taspira nies oħra biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-istess fondazzjoni.
Huwa qal li huwa unur għalih li ilu sieħeb tal-fondazzjoni għal dawn l-aħħar 34 sena, li twettaq il-ħolm ta’ ħafna tfal u tagħmilhom kuntenti.