L-Uragan Michael, l-iktar uragan b’saħħtu li qatt laqat it-Tramuntana tal-Istat Amerikan Florida, qatel żewġ persuni, inkluż persuna minuri, kawża ta’ siġar li nqalgħu minn posthom minħabba l-maltemp.
Il-maltemp ħalla wkoll mal-500,000 persuna bla saqaf fuq rashom, u l-Istati ta’ Florida, Alabama, u Georgia, jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku.
Intant, diversi rħula f’dawn l-Istati jinsabu mgħarrqa għal kollox.