L-Uragan Michael ħalla ħerba kbira fiż-żoni kostali ta’ Florida. F’kummenti mal-midja, il-gvernatur tal-Istat Rick Scott qal li Michael biddel il-ħajjiet ta’ bosta persuni għal dejjem.
L-agħar żoni milquta minn Michael huma żoni fil-Majjistral ta’ Florida. Diversi djar ġarrbu ħsarat konsiderevoli u minn tal-inqas sitt persuni inqatlu.
Iktar minn 370,000 persuna ġew evakwati minn djarhom bħala prekawzjoni.