Michael Fenech Adami qal li l-Partit Laburista għamillu vendikazzjoni. Dan meta kompla jiddefendi lilu nnifsu minn rapport tal-Bord tal-Gvernanza li sabu ħati ta’ ksur ta’ liġi tal-Kunsilli Lokali meta ta eluf ta’ ewro f’kuntratti minn wara dahar il-Kunsill Lokali u mingħajr qatt ma kiseb permess tal-istess Kunsill Lokali. Fil-filmat silta minn dak li se jixxandar fuq ONE NEWS fejn Fenech Adami deher skomdu jwieġeb.