Il-President Irlandiż Michael D. Higgins rebaħ b’mod konvinċenti l-elezzjoni Presidenzjali fl-Irlanda. Huwa kiseb 55.8% tal-voti u se jservi terminu ieħor ta’ seba’ snin. Huwa ilu President Irlandiż mill-2011.
Michael D. Higgins ġej mill-Partit Laburista Irlandiż u huwa eks-Membru Parlamentari, Senatur u Sindku tal-belt ta’ Galway. Fis-snin disgħin huwa serva wkoll bħala Ministru fi Gvern ta’ koalizzjoni.
Fit-tieni post segwa n-negozjant Peter Casey li ġab 23.3% tal-voti.