Ir-rebbieħ ta’ bosta Grammy Awards, kantawtur u attivist soċjali Michael Bolton se jkun Malta, flimkien mal-band tiegħu, biex jagħti żewġ kunċerti “live” nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Awissu u l-Ħadd 6 ta’ Awissu, 2017, f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.
Michael Bolton igawdi popolarità internazzjonali assoluta. Tul il-karriera tiegħu huwa biegh aktar minn 65 miljun diska. Il-fama qawwija tiegħu qed twasslu biex ikompli jagħti kunċerti mad-dinja kollha.
B’għarfien għall-kisbiet artistiċi tiegħu, Michael Bolton kien innominat sitt darbiet għall-Grammys for Best Pop Male Vocal Performance. Huwa rebaħ dan il-premju f’żewġ okazzjonijiet. Rebaħ ukoll 6 American Music Awards, kif ukoll rebaħ il-Star on the Hollywood Walk of Fame.
F’pajjizna jgawdi popolarita’ kbira bil-bosta kanzunetti tiegħu, fosthom Steel Bars, Butterfly Kisses, How am I Supposed to Live without You, Time Love & Tenderness, Lean on Me, When a Men loves a Woman, u How can We Be Lovers .