Ir-rebbieħ ta’ bosta Grammy Awards, kantawtur u attivist soċjali Michael Bolton, bħal-lum xahar, se jkun qed jgħati l-ewwel miż-żewġ kunċerti li għandu f’Malta.
Michael Bolton igawdi popolarità internazzjonali assoluta. Tul il-karriera illustri tiegħu huwa biegħ aktar minn 65 miljun diska. L-istess popolarità jgawdiha wkoll f’Malta, tant li Michael Bolton jinsab determinat li meta jkun Malta jagħti żewġ kunċerti kbar li min se jattendi għalihom mhu se jinsa qatt. Huwa jaf li f’pajjiżna huwa magħruf sew għall-kanzunetti li għamlulu isem, fosthom Steel Bars, Butterfly Kisses, How am I Supposed to Live without You, Time Love & Tenderness, Lean on Me, When a Men loves a Woman, u How can We Be Lovers.
Iż-żewġ kunċerti ta’ Michael Bolton se jsiru l-Ġimgha 4 ta’ Awwissu u l-Ħadd 6 ta’ Awwissu, li ġej, f’Dar il-Mediterran, il-Belt Valletta.
Il-biljetti jistghu jinkisbu bit-telefon fuq (+356) 9982 1250 jew “online” permezz tas-sit www.cmcpromotionsmalta.com.