Ħdax il-vettura tal-Pulizija tqassmu fil-ħdax il-distrett tal-Pulizija mxerrda madwar Malta filwaqt li dik allokata għad-distrett ta’ Għawdex ġiet mogħtija lilhom riċentament. F’ċerimonja qasira fl-Akkademja f’ta’ Kandja, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela flimkien mal-Aġent Kummissarju Laurence Cutajar żaru dawn il-vetturi qabel ma qabdu triqthom lejn id-distretti rispettivi.
Dawn il-vetturi huma parti minn investment ta’ 40 vettura li ġew utilizzati fic-CHOGM u l-Valletta Summit li nxraw mill-korp tal-Pulizija għal valur ta’ €400,000.
Il-Ministru għall-Intern sostna kif dan jimmarka l-akbar numru ta’ vetturi li nxtraw f’daqqa għall-Korp fl-aħħar żminijiet. Huwa żied jgħid li fl-aħħar sentejn u nofs, b’kollox inxtraw 70 vettura għall-Pulizija. Imqasma fi 58 karozza u 12-il mutur, l-għan ta’ dan l-investiment huwa sabiex il-Pulizija tkun f’pożizzjoni li tkompli ttejjeb is-servizz offrut minnha lil-komunita’.
Hawn huwa fakkar kif grazzi għax-xiri ta’ dawn il-muturi, il-Pulizija stazzjonati fis-sezzjoni tat-traffiku għandhom mutur assenjat għalihom personali u għal kuntrarju għalli kien isir fil-passat inqata’ l-bżonn li jisselfu muturi bejniethom.
Ritratt: John Pisani MHAS